19 min

Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano Aphroconfuso

    • Books

Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja eluf ta’ snin, miljuni. F’“Manifest Kontra ż-Żmien”, Kris Polidano, f’dik in-nofs siegħa interminabbli ta’ vjaġġ b’tal-linja, tkejjel kull mument; kull minuta tagħfas fuqha bil-ħsejjes, l-irwejjaħ u l-memorji tagħha. L-eċċezzjoni trivjali ta’ ħsara fil-karozza ġġegħelha taqsam il-ħin tagħha fil-gelgul taż-żmien mal-folla għajjiena wara x-xogħol. L-opportunità li tiċċassa ’l barra mit-tieqa tagħtiha ċ-ċans li l-ħin tarah jissarraf fi żmien. “Lil ġismek għalxejn tipprova tgħidlu biex ma jikbirx; dak li jrid jagħmel. Il-ġenetika diġà qiegħda hemm f’postha, lesta biex tgħidlek li sormok ser jikbirlek u ser jieqaf jidħollok ġol-qalziet li għext fih għal sajf sħiħ; li r-riħa ta’ ġismek ser titlef dik l-aħħar qatra riħa newtrali — ħjiel tat-terra li jobżqu minn kull pora bis-saħħa t-tfal, u li nibqgħu nkarkru biha sa ma l-ewwel xagħra tiżbroffa minn taħt abtna.”
https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-manifest-kontra-ż-żmien/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.