Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal Merlin Publishers
-
- Arts
Podcast dwar kotba, stejjer u rakkonti għat-tfal, bil-Malti. Flimkien ma’ Clare Azzopardi u Chris Gruppetta, u mistednin oħra …
[ Logo ta’ Moira Scicluna Zahra ]
-
Il-podcast bonus
Podcast bonus mis-sensiela “Xpatapumm!” li bih se nagħlqu dis-sensiela. Għall-aħħar darba, Clare u Chris se jparlaw, se jaqraw u se jaqgħu salt kotba fuq rashom … Tlaqna!
*Grazzi lil kull min ta sehmu biex dal-podcast seta’ jseħħ. Lil Moira Scicluna Zahra tal-illustrazzjoni, lill-mistiedna Trevor Żahra, Noel Tanti, John A. Bonello u Leanne Ellul. U ovvjament, fuq kollox, lil Clare Azzopardi talli b’tant entużjażmu daħlet għal dan il-proġett flimkien mal-Merlin! -
L-għaxar podcast
L-għaxar podcast mis-sensiela “Xpatapumm!” F’dal-episodju, Clare u Chris ibaħħru mal-pirati, fuq l-ibħra mwiegħra fit-tfittxija għal kull tip ta’ teżor. U fit-tbaħħir tagħhom, jiltaqgħu ma’ mistiedna oħra tassew speċjali, li taqra silta minn ktieb dwar tifel u … skojjattlu …
-
Id-disa' podcast
Id-disa' podcast mis-sensiela Xpatapumm! Clare u Chris għoġbithom tal-ivvjaġġar, u llum ħejjew podcast ieħor mimli vjaġġi ma' kullimkien.
-
It-tmien podcast
It-tmien podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Illum interrqu qalb il-misteru u l-avventura, u nirkbu fuq magna taż-żmien. Fejn se teħodna? Li hu żgur, li se tlaqqagħna ma’ mistieden ieħor speċjali fuq il-podcast: awtur ta’ waħda mill-iżjed sensiliet popolari tal-aħħar snin, b’karattru li ma jgħaddix inosservat …
-
Is-seba' podcast
Is-seba’ podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Clare u Chris jiskopru teżor dwar personaġġi mhux tas-soltu, u bejn parlata u oħra jsibu ruħhom f’tempju ta’ dak kollu li hu tajjeb u irreżistibbli. L-ewwel podcast għat-tfal bil-Malti jżomm l-appuntament tiegħu ta’ kull nhar ta’ Tlieta b’episodju ieħor super-speċjali!
-
Is-sitt podcast
Is-sitt podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Clare u Chris itaqtqu - bħas-soltu - dwar kotba, qari u kulma jaqa’ għal fuqhom mill-ixkafef mgħobbijin kotba u stejjer. U mill-annimali domestiċi favoriti sal-qari bil-moħbi billejl taħt il-kutri, xejn ma jaħarbilhom …