30 avsnitt

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

Il-Ħass Mal-Bass Kurt u Sarah

    • Utbildning

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

    S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass

    S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass

    Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass.



    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 59 min
    S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18?

    S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18?

    Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar.



    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 59 min
    S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku?

    S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku?

    Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi?



    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 1 tim. 4 min
    S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali

    S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali

    Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku.



    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 1 tim. 9 min
    S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki!

    S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki!

    Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn.



    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 1 tim. 12 min
    S1E25: Il-Crossover Tiegħi, Tiegħek u Tagħna (ma’ Keith u Craig)

    S1E25: Il-Crossover Tiegħi, Tiegħek u Tagħna (ma’ Keith u Craig)

    Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena!


    Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morru agħtu appoġġ, imħabba u titwila lil TTT fejn issibu t-tieni parti ta' din il-crackaġni!


    Grazzi minn qalbna talli segwejtu Il-Ħass Mal-Bass dawn l-aħħar seba' xhur, nerġgħu ningħaqdu magħkom ma ndumux fi żmien xahrejn! (din kienet gidba)


    Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b), flimkien ma' Keith (@stjohn.mp3) u Craig (@c._raig) bħala TTT (@tieghi_tieghek_taghna)


    Logo: Félix (IG @felix.afc)


    Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

    • 55 min

Mest populära poddar inom Utbildning

I väntan på katastrofen
Kalle Zackari Wahlström
4000 veckor
Christina Stielli
The Mel Robbins Podcast
Mel Robbins
Verket – en podd om klassiker
Anekdot
Swedish podcast for beginners (Lätt svenska med Oskar)
Oskar Nyström
Sjuka Fakta
Simon Körösi