3 episodes

Xejn mhu sejjer kif suppost fl-2020. Lanqas f’Malta. Id-dinja kienet donnha waqfet iddur fuq l-assi tagħha u ddeċidiet tagħmel fattiha.

Elizabeth għandha biss ħmistax-il sena, kif tista’ tibża’ mill-borra? Minflok, medhija tibbrawżja fuq il-Magna tikteb il-lyrics għad-diska l-ġdida tal-Jitterylemon, tfittex iktar dwar Fay Wray u King Kong, u tiċċettja ma’ Jamie fuq iċ-Chatterbox. U d-dinja ta’ Jamie ddur madwar l-isbejdbord xejn standard li dejjem jiġri fuqha, flimkien mal-isbejders l-oħra, ilesti ruħu għall-isfida kontra l-iskejters tas-Sulfarina li jirrenjaw fil-Glaskuppel ta’ Tal-Qroqq. Jekk tħares sew tinduna li hawnhekk, ukoll, xejn mhu sejjer kif suppost.

Mużika: Danjeli Schembri u Justin Galea
Qari: Loranne Vella
Direzzjoni: Joe Gatt

Magna Mater ta' Loranne Vella huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers 2011
https://merlinpublishers.com/product/magna-mater/

Malta/Berlin 2020

Magna Mater Loranne Vella

    • Arts

    02+ Intervista 1: Il-Klima

    02+ Intervista 1: Il-Klima

    Antonella Axisa titkellem ma' Loranne Vella dwar it-tema tal-klima fil-ktieb tagħha Magna Mater.

    Intervista: Antonella Axisa
    Mużika: Danjeli Schembri u Justin Galea
    Announcer: Sephora Gauci
    Direzzjoni: Joe Gatt

    Magna™ Mater ta' Loranne Vella huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers 2011
    https://merlinpublishers.com/product/magna-mater/

    Malta/Berlin 2020

    • 6 min
    02. Borra

    02. Borra

    Elizabeth miexja r-Rabat, sejra lura d-dar tul toroq miksija borra. It-temperaturi Malta qed ikunu iktar baxxi minn qatt qabel. Minn fuq it-tabla tagħha naraw li Elizabeth għandha identità oħra fuq il-Magna. Jisimha Fay Wray, bħall-attriċi fil-film King Kong mis-seklu ta’ qabel. U hija u taħseb dwar Fay Wray, Elizabeth tikteb storja qasira, il-verżjoni tagħha tal-istorja ta’ King Kong.

    • 26 min
    01. Die Berliner Luft

    01. Die Berliner Luft

    Elizabeth, waqt lezzjoni tal-Ġermaniż, tinsab mitlufa thewden dwar l-avvenimenti fiċ-Checkpoint ta’ Bornolmer Strasse nhar id-9 ta’ Novembru 1989, f’dik il-lejla - iktar minn 30 sena ilu - meta nfetaħ il-kanċell bejn Berlin tal-Lvant u dik tal-Punent. Fil-ħolma tagħha Elizabeth tara lilha nnifisha qalb il-folla fuq in-naħa tal-Lvant miexja biex tgħaddi san-naħa l-oħra fejn qed jistenniha, bħal dejjem, André.

    • 14 min

Top Podcasts In Arts

The Jimmy Dore Show
Jimmy Dore
Reading Through Life
Sarah Hartley
+MÚSICA
lourdes barrena
La Secta Crew 2024
La Secta Crew
Marriage
Shipra Choudhary
Ratchet Book Club
Derik Jones