Aphroconfuso

Aphroconfuso
Aphroconfuso

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

  1. Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’ - Omar N’Shea

    2024/11/14

    Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’ - Omar N’Shea

    « Bħal ritwal somatiku, kull filgħodu tfaqqa’ pirmla vjola tal-Premarin minn ġol-kartuna u tiblagħha, tmexxi s-swaba’ ta’ jdejk għal fuq sidrek biex tħoss jekk hemmx xi għoqda qed tibbies, nofsok imwerwer u n-nofs l-ieħor ħerqan. Xagħrek qed jissaħħaħ, ileqq, jiffolta u jiggoffa. Qed jitwal malajr. Il-ġilda bdiet tirtab. M’għandekx iktar suf ma’ biżlejk u allura m’għadekx tqaxxru bix-xafra. Il-leħja m’għadhiex tixrief u tigref; saret dell taħt geddumek u l-foundation qed jgħattiha aħjar. Għajnejk qed jibbru, qed isiru iktar ħelwin. Bdejt tħossok iżgħar. Qed tarak tisbieħ. Qed tieħu gost bin-nies iħarsu iktar lejk; minn raġel ikrah għax mhux maskili biżżejjed sirt sinjorina ħelwa: tilbes ta’ mara u tikkonfondi ’n-nies, tilbes ta’ raġel u jaħsbuk ġuvnott barrani. Orrajt, hemm min idejqek għax jiflik, taparsi jolqotlok bejn saqajk meta tkun bilwieqfa fuq tal-linja biex iħoss intix raġel. Imma d-dividend tal-ormoni huwa ħafna ikbar mill-iskumdità soċjali u l-invażjoni fuq l-irkejjen ta’ ġismek. » Noti: Uħud mill-ismijiet u l-laqmijiet ġew mibdula għal raġunijiet ta’ privatezza. Je suis un monstre qui vous parle : rapport pour une académie de psychanalystes ġie ppubblikat minn Bernard Grasset fl-2021. Not Gay: Sex Between Straight White Men ta’ Jane Ward huwa pubblikazzjoni New York University Press 2015. Sarah Schulman tikteb dwar l-omonazzjonaliżmu fil-ktieb tagħha Israel/Palestine and the Queer International, pubblikazzjoni Duke University Press 2012 u Lisa Duggan dwar l-omonormattività f’The Twilight Of Equality? Neoliberalism, Cultural Politics, and the Attack on Democracy, Beacon Press 2003. Wara l-edizzjoni ta’ Malta u lil Hinn Minnha msemmija hawn, l-isem “Ashley” baqa’ jintuża bħala insult omofobiku għal xi snin. https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-joey-tilbes-it-tabù-tinża/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    47 分钟
  2. Il-Mara tas-Suldat - Jien_a

    2024/08/18

    Il-Mara tas-Suldat - Jien_a

    « Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb kollu. Imbagħad, xħin twaqqfu l-ewwel bliet, bosta maħbubin kissru l-armonija oriġinali u sejħu lilhom infushom ommijiet. Minn dan iż-żmien ’l hemm, il-kelma amazzuna saret tfisser għalihom tifla, li qatt ma tikber, immatura, dik li qatt ma tħaddan id-destin tagħha. L-amazzuni tkeċċew mill-bliet tal-ommijiet. Kien f’dak il-mument li dawn saru vjolenti u bdew jiġġieldu biex jiddefendu l-armonija. Għalihom, l-isem antik amazzuni baqa’ bit-tifsira oriġinali. U minn issa beda jfisser xi ħaġa aktar: dawk li jħarsu l-armonija. » Bejn Settembru tas-sena l-oħra u l-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena, għamilna sensiela ta’ workshops flimkien ma’ Librerija Geġwiġija. Minnhom ħarġet din il-kitba kollettiva. (00:00) Il-Mara tas-Suldat (00:11) Abt (00:49) Aħna (00:55) Alfabett (01:18) Amazzuni (02:28) Annimal (03:10) Attivista (03:16) Attribuzzjoni (03:45) Beżżul (04:34) Bużżieqa (06:15) Ċiprina (06:23) Dati (07:03) Demm ta’ Kull Qamar (07:20) Diżfemiżmi (07:29) Dubju 1 (08:10) Dubju 2 (09:27) Dubju 3 (10:27) Dubju 4 (10:42) Faldi (12:04) Fossa (12:11) Ġeneru (12:17) Ġisem (12:40) Għar Ħasan (18:40) Ħlas (18:52) Ħnejja (19:33) Intraduċibbli (21:33) Intraduċibbli, l- (21:46) Jien_a (21:54) Kaċċa (22:02) Kellu (22:25) Lingwa (22:32) Ljun (23:20) Lupa (23:58) Mara tas-Suldat, il- (26:46) Masġar (27:17) Meta (27:25) Metodu (30:01) Moviment Qawmien Vaġinali (30:11) MW (31:09) Mxarrba (31:15) Ndewwa (31:23) Niedja (31:28) Nota tal-Aħħar (32:51) Noti għal Dizzjunarju tal-Maħbubin (33:43) Numru (34:10) Oħla Deni, l- (34:21) Oriana (35:34) Ormoni (35:59) Plural (36:03) Qamar (36:19) Qawmien Vaġinali (36:37) Raġel (36:42) Ras il-Beżżul (36:50) Sess (36:55) Singular (36:59) Skrupli (37:08) Sqaq (38:23) Struttura (38:40) Titlu (38:45) Traċċi (41:08) Trasferenza tal-Ideat (43:26) Wittig, Monique (48:07) Xiħa (49:50) Xita (51:08) Xuxana https://aphroconfuso.mt/jien_a-il-mara-tas-suldat/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    52 分钟

关于

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

若要收听包含儿童不宜内容的单集,请登录。

关注此节目的最新内容

登录或注册,以关注节目、存储单集,并获取最新更新。

选择国家或地区

非洲、中东和印度

亚太地区

欧洲

拉丁美洲和加勒比海地区

美国和加拿大