Persjani - Aaron Aquilina

Aphroconfuso

« Il-Malti ma tantx iħallini bi kwieti. Noħroġ mill-kamra tal-letturi u nċempel ’l ommi biex ngħidilha li llum ħa niekol għandha; u ara biss taqbiżli kelma bl-Ingliż għax jibda t-tingiż. Mela nsejtu l-Malti? Minn mindu ’l hawn? Kemm sirt qżież! Imma dan kollu bi tbissima tgħidhuli. Tinkini biex tfakkarni fejnhom għeruqi (hawnhekk! Int Malti ta’ Malta!), ma jmurx ninsa li jien fjura, niġbor għeruqi fil-ħorża, u nitilqilha niġri ’l hemm bħalma għamilt kemm-il darba diġà. »

https://aphroconfuso.mt/aaron-aquilina-persjani/

Noti: “ilsien selvaġġ” ta’ Jasmine Bajada huwa pubblikazzjoni Horizons 2023. Ir-referenzi għall-poeżija ta’ Keats kollha meħudin minn Complete Poetry and Selected Prose of Keats, Harold Edgar Briggs, editur, Modern Library 1967, it-tieni edizzjoni. William Wordsworth jitkellem dwar il-poeżija orbikulari f’ittra lil Alexander Dyce, 1833. Jien noħodha minn The Letters of William and Dorothy Wordsworth: The Later Years, E. de Sélincourt, editur, Clarendon Press 1939. Il-kwotazzjoni minn “Fancy” hija meħuda mit-traduzzjoni tal-1988 ta’ Charles Dalli (“Il-Ħajra”) li dehret f’“Keats: Ir-rużinjol fuq l-għatba tat-tmiem”, Leħen il-Malti 23, 1989. Ta’ Stephen Regan minn The Sonnet, Oxford University Press 2019. Il-kwotazzjoni “Minion of grandeur...” ħadtha minn “Written on the Day that Mr. Leigh Hunt Left Prison” ta’ Keats. F’ittra lil ħutu, Diċembru 1817, Keats jitkellem dwar il-kapaċità negattiva. The Letters of John Keats, Maurice Buxton Forman, editur, Cambridge University Press 2011. Rigward l-ataraxia ara Outlines of Scepticism ta’ Sextus Empiricus, Julia Annas u Jonathan Barnes, edituri, Cambridge University Press 2007. Il-kwotazzjoni ta’ Samuel Taylor Coleridge ħadtha mill-entrata tas-16 ta’ April 1834 minn “Table Talk” f’Coleridge in Malta and Siciliy ta’ Donald Sultana, Barnes & Noble 1969. Jules Verne isemmi ’l Malta f’Mathias Sandorf — Voyages Extraordinaires, “Troisième Partie: V — Malte”. Dwar “il-ħoss sensibbli” ta’ Robert Frost qrajt “Robert Frost and the Sound of Sense” ta’ Robert S. Nedwick f’American Literature, Duke University Press 1937. “Autumn Refrain” ta’ Wallace Stevens ħadtha minn The Collected Poems of Wallace Stevens, Vintage 1982. Lil Ġorġ Zammit dwar it-tradizzjoni u l-innovazzjoni qrajtu f’Trifolium: Poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan u Poeżiji Maqlubin għall-Malti, pubblikazzjoni tal-awtur stess, 1973.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

To listen to explicit episodes, sign in.

Stay up to date with this show

Sign in or sign up to follow shows, save episodes, and get the latest updates.

Select a country or region

Africa, Middle East, and India

Asia Pacific

Europe

Latin America and the Caribbean

The United States and Canada